Hemm diversi tipi ta’ trażżin, inklużi trażżin fiżiċi u mekkaniċi.
● Trażżin fiżiku (manwali): iż-żamma jew l-immobilizzazzjoni tal-pazjent bl-użu ta' forza fiżika.
● Trażżin mekkaniku: l-użu ta' kwalunkwe mezz, metodu, materjal jew ħwejjeġ li jipprevjeni jew jillimita l-abbiltà li wieħed jiċċaqlaq volontarjament il-ġisem kollu jew parti minnu għal skopijiet ta' sigurtà għal pazjent li l-imġieba tiegħu tippreżenta riskju serju għall-integrità tiegħu jew ta' ħaddieħor.
Prinċipji gwida għall-użu ta' trażżin
1. Is-sigurtà u d-dinjità tal-pazjent għandhom jiġu żgurati
2. Is-sigurtà u l-benesseri tal-persunal huma wkoll prijorità
3. Il-prevenzjoni tal-vjolenza hija kruċjali
4. Id-de-eskalazzjoni għandha dejjem tiġi ppruvata qabel ma jintuża t-trażżin
5. It-trażżin jintuża għall-perjodu minimu
6. L-azzjonijiet kollha mwettqa mill-istaff huma xierqa u proporzjonati għall-imġieba tal-pazjent
7. Kwalunkwe trażżin użat għandu jkun l-inqas restrittiv, biex tiġi żgurata s-sigurtà
8. Il-pazjent għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib, sabiex kwalunkwe deterjorament fil-kundizzjoni fiżika tiegħu jiġi nnutat u mmaniġġjat fil-pront u b'mod xieraq. It-trażżin mekkaniku jeħtieġ osservazzjoni 1:1
9. Persunal imħarreġ b'mod xieraq biss għandu jwettaq interventi restrittivi, biex jiżgura s-sigurtà tal-pazjenti u l-persunal.